Lokali

Imut l-imprenditur George Fenech

Miet fl-eta’ ta’ 63 sena l-imprenditur Qormi George Fenech – it-tifel il-kbir ta’ Tumas Fenech. George Fenech miet illum wara marda twila.

Fenech – magħruf fost il-Qriema bħala “is-Sur Ġorġ” – kien chairman tal-Grupp Tumas, u kien il-moħħ wara d-diversifikazzjoni tal-kumpanija għal oqsma ġodda bħall-ospitalita’ u l-gaming.

Ħal Qormi f’luttu wara l-mewt tas-Sur Ġorġ

Taħt it-tmexxija ta’ George Fenech, il-Grupp Tumas kien lesta l-proġett ta’ Portomaso f’San Ġiljan.