Internazzjonali Saħħa

Ir-rispons dinji kontra l-Ebola għadu “wisq bil-mod”

Skont Medecins Sans Frontieres (MSF), ir-rispons internazzjonali kontra l-Ebola għadu wisq bil-mod, hekk kif il-marda qerrieda qed iddgħajjef l-ekonomiji tat-tliet pajjiżi l-aktar milquta fil-Punent tal-Afrika.

Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), l-Ebola infettat kwazi 17,000 persuna, li minnhom 6,000 mietu. Il-maġġoranza vasta tal-infezzjonijiet jinsabu fil-Guinea, fil-Liberja u fi Sierra Leone – pajjiżi fqar li tħallew jikkontrollaw il-kriżi mingħajr ebda għajnuna suffiċjenti.

MSF irrepetiet it-talba tagħha ma’ pajjiżi, li għandhom timijiet attrezzati kontra diżastri bijoloġiċi, sabiex jibgħatuhom fil-pajjiżi milquta mill-Ebola.