Persuni kmieni dalgħodu qabdu u għalqu l-aċċess għat-triq li twassal lejn is-Santwarju Tal-Ħlas f’Ħal Qormi – triq li tintuża min-nies li għandhom l-għelieqi fiż-żona, iżda tintuża wkoll mill-karozzi li jkunu neżlin minn Ħaż-Żebbuġ lejn Triq il-Wied.
Jirriżulta li fil-post illum kien hemm kuntrattur li qed jagħmel xogħol ta’ konkos. Sorsi kkonfermawlna li l-għeluq tat-triq ma kinitx awtorizzata, la mill-Kunsill ta’ Ħaż-Żebbuġ u lanqas mill-Kunsill ta’ Ħal Qormi.
It-triq ingħalqet b’sempliċi kantun u żewġ fallakki li tpoġġew fin-nofs, migħajr ebda avviż ieħor.
//= $special ?>

