Lokali Qorti

Jammetti li seraq minn kumpless tal-futbol

Raġel ta’ 52 sena mill-Isla tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin wara li ammetta li erba’ snin ilu ikkommetta serqa minn kumpless tal-futbol.

Domenic Cuschieri ammetta li fil-5 ta’ Ottubru 2010, għall-ħabta tal-10.00 a.m., seraq €100 mis-St. Patrick’s Football Complex b’dannu għal Ivan Fava u li sar reċidiv wara li kiser diversi sentenzi tal-Qorti tal-Maġistrati.

Fis-sentenza tagħha, il-Maġistrat Doreen Clarke ħadet kunsiderazzjoni tal-kondotta tiegħu u tal-fatt li beda jirrijibalita mill-vizzju tad-droga. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Fabian Fleri.