Il-vann Suzuki Samurai li nsteraq il-ġimgħa li għaddiet miż-Żejtun instab grazzi għall-MaltaRightNow.com
Is-sidien tal-vann tkellmu ma’ MaltaRightNow u qalulna li l-persuna li kienet serqet il-vann spiċċat biex weħlet bil-vettura b’kollox ġo għalqa. Meta marret persuna oħra biex tagħti daqqa t’id biex jinqala’ l-vann, għarfet il-vann mir-ritratti li ġew ippubblikati fuq MaltaRightNow.com
Din il-persuna sussegwentament irrappurtat lill-Pulizija u l-vann ġie rritornat lis-sidien tiegħu.
//= $special ?>