Id-dibattitu bejn il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil fuq il-programm ‘Reporter’ ħalla impressjoni fuq ħafna nies…. mhux biss għall-argumenti li tqajjmu waqt il-programm… iżda anke’ għal ċertu frażijiet li mhux kulħadd kien qed jistenna li se jisma’… speċjalment mill-Prim Ministru ta’ Malta.
Waqt il-programm ‘Reporter’ immexi minn Saviour Balzan, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kienu qed jiddibattu dwar l-etika politika.
Ftit sekondi wara li Simon Busuttil talab lill-Prim Ministru biex jerfa’ r-responsabbilta’ u li hu ma kienx parti mill-Gvern preċedenti, ir-risposta tal-Prim Ministru ta’ Malta Joseph Muscat kienet: “m’intix żigg parti mill-Gvern, u mur ‘l hemm!” u wara ftit kompla… “u oqgħod kwiet Sim!”
Ara l-filmat t’hawn fuq bil-Prim Ministru jindirizza lil Simon Busuttil “m’intix żigg”.
Fuq Facebook inħolqot paġna satirika fuq Facebook bl-isem “M’intix Żigg“, b’għexieren ta’ persuni li diġa’ għafsu ‘like’ fuq din il-paġna.
Dan it-tip ta’ lingwaġġ, użat mill-Prim Ministru ta’ Malta, ġej jumejn biss wara li l-Ministru tal-Edukazzjoni qabbel lill-Partit Nazzjonalista ma’ mara li tmur tagħmel operazzjoni biex tikseb lura il-verġinita’ tagħha. Agħfas hawn biex tara l-filmat ta’ Evarist Bartolo jqabbel il-Partit Nazzjonalista ma’ mara li trid il-verġinita’ lura.
//= $special ?>