Internazzjonali

Kenja: 36 ħaddiem tal-barrieri maqtula f’massakru għax huma Nsara

Massakru fil-Kenja, hekk kif 36 ħaddiem tal-barrieri nqatlu matul il-lejl li għadda.

Dawn il-ħaddiema, l-ewwel inqabdu minn irġiel armati, li min-naħa tagħhom firdu lill-Musulmani minn dawk li mhumiex u ġabruhom għalihom. Wara li għamlu dan, huma sparaw lejn l-Insara biss.

Qed jingħad li l-grupp militanti Al Shabab hu l-moħħ wara dan il-massakru li seħħ fil-belt Kenjana ta’ Mandera, biswit il-fruntiera mas-Somalja.