Nicolas Sarkozy, l-eks President ta’ Franza, se jingħaqad mal-Kanċillier tal-Ġermanja Angela Merkel fil-konferenza tal-Christian Democratic Union (CDU) f’Cologne il-ġimgħa d-dieħla.
L-eks president Franċiż se jattendi l-avveniment nhar it-Tlieta 9 ta’ Diċembru wara r-rebħa li hu kiseb fl-elezzjoni tat-tmexxija fil-partit simili bħas-CDU fi Franza, iċ-ċentru-lemini UMP.
Ir-relazzjoni mill-qrib bejn Sarkozy u Merkel, partikularment matul il-kriżi finanzjarja tal-2008, wasslet għas-sħubija politika tagħhom li tlaqqmet bħala “Merkozy”, u issa mistennija jkollha rwol prinċipali meta Sarkozy se jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni presidenzjali fl-2017.
Id-dwett “Merkozy”, tant kien magħqud matul l-ewwel terminu ta’ Nicolas Sarkozy, li Angela Merkel kienet se tikkampanja flimkien mal-eks mexxej Franċiż matul il-kampanja elettorali fi Franza fl-2012, fejn kienet insistiet li hi kienet se tappoġġjah “minkejja dak kollu li għamel”.
Nicolas Sarkozy, li rebaħ it-tellieqa għat-tmexxija fil-partit tiegħu stess, jeħtieġ l-għajnuna kollha sabiex iħabbatha mar-rivali tiegħu fl-istess partit kif ukoll ma’ diversi skandli finanzjarji u ta’ korruzzjoni.
//= $special ?>