Passiġġieri abbord vapuri lussużi qed jarmu lobsters ħajjin fil-baħar biex imbagħad qed jispiċċaw jinqabdu minn sajjieda f’Yorkshire.
Il-passiġġieri ta’ rieda tajba ħasbu li, bl-aġir tagħhom, qed isalvaw il-lobsters, iżda probabbilment qed jitfgħuhom biex jinqabdu u jittieklu.
Mike Cohen, minn Holderness Fishing Industry Group, qal: “Dawn il-lobsters xi kultant jinstabu qrib Bridlington. Il-passiġġieri jixtru lobster u mbagħad jistaqsu lill-waiter biex jitfgħuh fil-baħar milli jikluh”. “L-uniċi li jinstabu huma dawk il-lobsters kbar li jkunu servuti fuq il-platti.”
Tqajjem tħassib li l-lobster barrani jista’ jġorr il-mard u li jkunu ta’ theddida għall-popolazzjoni lokali, izda Mike Cohen qal li din mhix ta’ riskju kbir.
Esperti dwar il-cruises insistew li l-passiġġieri ma kellhomx aċċess għal lobsters ħajjin u dawk servuti abbord kienu dejjem iffriżati.
//= $special ?>