Mara ta’ 46 sena minn Bormla ġiet mixlija quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella li t-Tlieta waranofsinhar bejn in-12.30 p.m. u 12.45 p.m. ħebbet għal żewġ kuntistabbli fil-pjazza ta’ Bormla.
Jennifer Chetcuti, li wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjubin kontriha kienet mixlija li wara argument li kellha ma’ mara oħra, li fuq hekk intervjenew il-kuntistabbli Tania Mangion u l-kuntistabbli Jonathan Bordieri hija aggredithom bi vjolenza.
Il-mara, li kienet akkumpanjata fil-Qorti minn xi membri tal-familja tagħha ġiet mixlija wkoll li attakkat lill-kuntistabbli msemmija u li għamlet offiżi fuqhom, u dawn meta huma persuni skont il-liġi mis-servizz pubbliku. Kienet mixlija wkoll li kellha l-għan li tbeżża lil dawn l-uffiċjali pubbliċi.
Ġiet mixlija wkoll li kisret il-paċi pubblika b’għajjat u ġlied, li qalet kliem faħxi li jikkonsisti f’dagħa.
Id-difiża mmexxija mill-Avukati Ludwig Caruana u Annalise Debono għamlu talba għal liberta’ proviżorja bil-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Josric Mifsud oppona bil-qawwa kollha fejn qal li l-akkużi huma gravi għax saru fuq membri tal-Korp tal-Pulizija. Chetcuti ingħatat il-liberta’ proviżorja fuq depożitu ta’ €500, u garanzija personali ta’ €5,000. Il-Prosekuzzjoni mistennija tappella fuq dan fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>