Internazzjonali Kultura Kurżitajiet

Ravenna hi l-aħjar belt biex wieħed jgħix fiha

Tridu tgħixu aħjar? Mela morru għixu f’Ravenna. Din il-belt fil-provinċja tal-Emilia Romagna hi fil-fatt “ir-reġina” tal-kwalita’ tal-ħajja fl-2014. Dan hu r-riżultat ta’ studju li sar bħal kull sena minn Sole 24 Ore.

Ir-rapport janalizza, permezz ta’ tagħrif mill-istatistika, kif wieħed jgħix f’diversi postijiet, bażat fuq il-kwalita’ tal-ħajja, ix-xogħol, is-servizzi, l-ambjent u s-saħħa, il-popolazzjoni, l-ordni pubblika u l-ħin ħieles.

Agrigento ġie klassifikat bħala l-agħar post biex wieħed imur joqgħod fih – l-istess bħalma kien ġara fl-2007 u fl-2009.

Minbarra Ravenna, l-aqwa provinċji li kisbu punti favorevoli fir-reġjun ta’ Emilia Romagna kienu Modena, Reggio Emilia u Bologna. Riżultati pożittivi wkoll ġew reġistrati fiċ-Ċentru tal-Italja, partikularment fit-Toscana.

Il-kumplament tal-ibliet ġew relegati ‘l isfel fil-klassifika, fosthom, il-provinċji Sqallin, dawk f’Calabria u fil-Puglia. Il-belt ta’ Napli, li kellha prestazzjoni ħażina ħafna fl-aħħar edizzjoni tal-istudju, ġiet klassifikata fis-96 post.