SIĠĠIEWI ………………. 5
ŻURRIEQ………………….2
Siġġiewi – B. Zammit, I. Darmanin (G. Bugeja), E. Muscat, D. Baldacchino, K. Mizzi, E. Bugeja, E. Ciappara, M. Camilleri, K. Buhagiar (A. Buhagiar), S. Tape, F. Guihard
Żurrieq – J. Alden, M. Attard, K. Sacco, S. Wellman, M. Mifsud (G. Ghigo), R. Bakare, D. Darmanin, M. Schembri, O.L. Agboebina, J. Ogunnupe, D. Zammit (K. Magro)
Skorjaw: Agbeobina 6’, Wellman 45’ (Ż), Tape 7’, 41’, 52’, Guilhard 60’, Buhgiar 85’ (S)
Referee – Glenn Tonna
Wara li Sirens eliminaw lil Lija Athletic, kien imiss tim ieħor mit-Tieni Diviżjoni, Siġġiewi, li jgħaddi mal-aħħar sittax b’rebħa mpressjonanti ta’ 5-2 fuq it-tim mill-Ewwel Diviżjoni Żurrieq.
Ir-rebħa sorpriża ta’ Siġġiewi waslet fit-tieni taqsima meta skorjaw tliet darbiet wara taqsima ferm bilanċjata.
Żurrieq fetħu l-iskor wara biss sitt minuti meta OSI LUCKY AGBEOBINA sfrutta kross preċiż ta’ Wellman. Iżda minuta wara Siġġiewi kisbu l-gowl tad-draw meta azzjoni tajba mibdija minn Guilhard intemmet minn TAPE li skorja mill-viċin.
Il-logħba kienet verament interessanti bit-tim ta’ Żurrieq ikollu iktar pussess ta’ ballun, iżda erba’ minuti mill-mistrieħ kienu Siġġiewi li marru minn fuq meta reġa’ kien TAPE li kkonkluda għal ġewwa wara pass ta’ Kim Buhagiar.
Eżatt qabel intemmet it-taqsima Żurrieq kisbu l-gowl tad-draw meta minn korner mogħti minn Schembri, kien WELLMAN li bir-ras għeleb lil Zammit.
Seba’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Siġġiewi mill-ġdid fil-vantaġġ fejn TAPE għaqqad il-hat-trick wara freekick ta’ Ian Darmanin u daqqa ta’ ras ta’ Mark Camilleri. Mas-siegħa logħob Siġġiewi kabbru l-iskor meta xutt ta’ Ciappara kien parzjalment salvat minn Alden u mir-rebound FRANCOIS GUILHARD kompla għal ġewwa.
Ħames minuti mit-tmiem Siġġiewi aċċertaw mill-kwalifikazzjoni bi freekick mill-isbaħ ta’ KIM BUHAGIAR li spiċċa fir-rokna tax-xibka.
//= $special ?>
