Il-Pentagon konferma li ajruplani Iranjani f’dawn l-aħħar ġranet daħlu fl-azzjoni kontra qagħdiet tal-ISIS fil-Lvant tal-Iraq.
L-Istati Uniti imma insistit li ma kien qed ikun hemm ebda koordinament mal-Iran fil-mod kif qed isiru dawn l-attakki. Dan peress li fl-istess ħin qed isiru attakki mill-ajru immexxxija mill-Istati Uniti kontra l-ISIS fl-Iraq. Anki uffiċjali militari Iranjani qalu li ma kienx hemm koordinament.
Ajruplani Iranjani fl-azzjoni fl-Iraq
