Internazzjonali Kurżitajiet

Eluf madwar id-dinja jferrxu l-irmied ta’ żagħżugħ Amerikan

Omm imbikkma rċeviet eluf ta’ offerti minn nies b’qalbhom tajba, sabiex iferrxu l-irmied ta’ binha madwar id-dinja.

Hallie Twomney, minn Maine fl-Istati Uniti, kienet sorpriża bir-rispons minn paġna fuq il-Facebook li hi nediet fl-2013 wara l-mewt ta’ binha CJ, fl-2010.

Aktar minn 19,000 persuna wrew l-appoġġ tagħhom permezz tal-paġna Scattering CJ, li Twomney waqqfet is-sena l-oħra. L-irmied tiegħu issa nferxu f’aktar minn 100 pajjiż.

Hi ddeċidiet li tferrex l-irmied ta’ CJ f’diversi postijiet ħalli binha “ikun parti mid-dinja li hu ma rnexxilux jara”. L-irmied tferrxu, fost oħrajn, fl-Ingilterra, fl-Indja, fiż-Żimbabwe, fl-Afganistan u fl-Awstralja. L-irmied tiegħu kienu wkoll sparati fl-ispazju permezz ta’ rocket.