Edukazzjoni Lokali

Evarist Bartolo jibqa’ jsostni l-lingwaġġ li uża’ waqt l-attività Laburista tal-Ħadd

Il-Ħadd li għadda, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo pprova jirredikola lill-Partit Nazzjonalista f’attività politika fil-Każin Laburista ta’ Birkirkara. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Bartolo qal li l-PN hu bħal mara li tmur tagħmel operazzjoni biex tikseb il-verġinità tagħha lura.

Dwar dak id-diskors, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo llum qal li ma jiddispjaċihx għal-lingwaġġ li uża l-Ħadd. Bartolo qal li ta’ spiss juża’ dan it-tip ta’ lingwaġġ bħala sens ta’ umoriżmu, filwaqt li ġieli wkoll juża’ wkoll metafori relatati ma’ nisa u rġiel.

Din il-ġimgħa, il-Forum Opportunitajiet Indaqs fi ħdan il-PN u l-Moviment Nisa PN, fi stqarrija fakkru li l-politiżi għandhom l-obbligu u r-responsabbiltà li meta jitkellmu fil-pubbliku, kliemhom ikun meqjus u prudenti.