BALZAN Y…………….…….2
KIRKOP UTD………………..0
Balzan: C. Cassar; J. Grioli, S. Bezzina, E.O. Serrano Valero, E. Bilbao Zarate, S. Arab, C. Brincat, S. Cipriott (M. Borg), O. Guerrero (R. Darmanin), J.P. Mifsud Triganza, G. Piccioni
Kirkop: J. Galea, L. Mizzi, D. Rapinett, S. Camilleri, M. Pullicino, I. Scicluna, M. Theuma, B. Gockay (A. Cutajar), M. Zammit (A. Spiteri, V. Klikic, E. Kaca
Skorjaw – R. Darmanin 63’, J.P Mifsud Triganza 77’
Referee: Alan Mario Sant
Kif kien mistenni, it-tim tal-Kampjonat Premier Balzan ikkwalifika għar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy meta għeleb lil Kirkop Utd tat-Tielet Diviżjoni li ta min jgħid kellhom wirja tajba u kienu ferm organizzati. Balzan iddominaw għal ħinijiet twal imma sabuha kemmxejn diffiċli biex ippenetraw id-difiża tat-tim ta’ Albert Busuttil.
Fit-12-il minuta Balzan kellhom azzjoni tajba meta Gianmarco Piccioni ra x-xutt minn ġewwa l-kaxxa jkun salvat mill-gowlkiper Joshua Galea. Balzan komplew jinsistu u fil-25 minuta Jean Pierre Mifsud Triganza għadda lejn Steve Bezzina u dan tal-aħħar qassam lejn Piccioni li għal darba oħra reġa’ ra t-tentattiv tiegħu jfalli bi ftit.
10 minuta wara, f’attakk ieħor ta’ Balzan Guerrero spara xutt li għadda kemmxejn barra wara li kien irċieva ballun mingħand Piccioni. Balzan kellhom oppurtunità kbir biex jiftħu l-iskor meta ingħataw penalty hekk kif Piccioni twaqqà fil-kaxxa minn Mark Pullicino imma mill-11-il metru Guerrero ra x-xutt tiegħu jkun salvat bl-aqwa mod minn Galea.
Eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota għal Kirkop. Dan meta Klikic kellu xutt tiegħu li mar ftit barra. Hekk kif bdiet it-tieni taqsima, proprju fil-51 minuta s-sostitut Ryan Drmanin tilef ċans kbir meta xuttja barra minn quddiem Galea meta kien irċieva ballun mingħand Bezzina.
Balzan komplew jattakkaw u mas-siegħa logħob kellhom ċans ieħor meta xutt ta’ Michael Borg ħabat mal-ġenb tax-xibka. Kien fis-70 minuta meta Balzan fetħu l-iskor hekk kie DARMANIN skurja b’daqqa ta’ ras wara li irċieva cross tajjeb ta’ Piccioni.
Sitt minuti mit-tmiem Jean Pierre MIFSUD TRIGANZA issiġilla l-partita b’gowl minn ġewwa l-kaxxa fejn għal darba oħra kien involut fl-azzjoni Piccioni. Minuta qabel intemmet il-logħba Kirkop kienu sfortunati li ma naqqsux l-iskor meta Klikic laqat il-lasta.
//= $special ?>