NAXXAR……..……..1
MELITA……….………2
Naxxar: J. Azzopardi, A. Scicluna, I. Edet, V. Bellia, T. Vella, P. Gueye (J. Debono 62’), D. Falzon, Y. Sammut, G. Da Silva Ribeiro, P. Doffo, E. Uchenna Mbachy (D. Bonnici 70’)
Melita: P. Schranz, N. Micallef, A. Attard (L. Bianco 55’), E. Cornago, R. Alinho, M. Valenzia, M. Fenech (L. Sammut 77’), J. Galea, N. Rizzo (J.P. Attard 61’), K. Micallef, G. Gribbon
Skorjaw: N. Rizzo 55’, G. Gribbon 82’ (M)
Referee: Andre Arciola
Melita għaddew għal mal-aħħar sittax tal-F.A Trophy meta f’partita kwieta għelbu lit-tim tal-Premier Naxxar 2-1. Wara din ir-rebħa l-lijders tal-Ewwel Diviżjoni jaffrontaw lil Valletta. Għal Naxxar wara l-mument pożittiv fil-kampjonat din kienet daqqa ta’ ħarta b’wirja fqira u l-kowċ Jesmond Zerafa jittama li din il-partita ma taffetwax ir-rendiment fil-kampjonat.
L-ewwel taqsima kienet pjuttost kwieta b’Melita jkunu ftit aħjar mit-tim ta’ Jesmond Zerafa. L-ewwel azzjoni denja waslet fis-6 minuta meta xutt bomba ta’ Michael Valenzia ;ie mdawwar f’korner minn Julian Azzopardi. Il-partita żvol;iet f’nofs il-grawnd u kellna nistennew sat-30 minuta biex naraw xutt lejn il-lasta meta fuq in-naħa Naxxarija, xutt ċentrali ta’ Eminike ;ie salvat faċilment minn Schranz.
Melita laqtu l-lasta fil-41 minuta meta xutt-kross ta’ Antoine Attard għeleb lil Azzopardi iżda mhux il-mimduda.
It-tieni taqsima żammew l-istess ritmu b’Naxxar jonqsu li jieħdu l-partita f’idejhom għajr għal xutt li għadda għoli ta’ Eminike, biex fil-55 minuta Melita marru fil-vanta;;. Kien cross ta’ Antoine Attard fil-kaxxa minn naħa xellugija lejn NIGEL RIZZO li mill-viċin ma żbaljax b’daqqa ta’ ras.
Minkejja li l-kowċ Jesmond Zerafa għamel żew; bidliet, Naxxar baqgħu ma wettqu l-ebda reazzjoni u ma kinitx sorpriża li Melita irduppjaw fit-82 minuta meta minn korner ta’ Cornago, kien GEORGE GRIBBON li b’daqqa ta ‘ras tajba għeleb lil Azzopardi.
Naxxar naqqsu l-mar;ni fis-87 minuta meta GILMAR DA SILVA RIBEIRO b’azzjoni personali, daħal fil-kaxxa qabeż lil Schranz u skorja f’xibka vojta.
//= $special ?>