Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Manwel Mallia kien jaf lill-Kuntistabbli Paul Sheehan, li fil-Gżira, fil-lejl tal-Erbgħa, 19 ta’ Novembru spara żewġ tiri fil-pubbliku fid-direzzjoni ta’ karozza oħra u laqatha darbtejn. MaltaRightNow.com jista’ jiżvela dan minkejja li l-ġimgħa li għaddiet, fil-Parlament il-Ministru Mallia saħaq li hu ma kienx jaf lill-Kuntistabbli Paul Sheehan. Dakinhar, hu qal li sar jafu meta kien assenjat lilu mill-eks Kummissarju tal-Pulizija John Rizzo biex ikun ix-xufier tiegħu.
Jirriżulta li dan mhux minnu għax lil Paul Sheehan mhux biss kien ilu jafu sew, iżda l-istess Sheehan kien ukoll wieħed mill-canvassers tiegħu qabel l-elezzjoni ġenerali li għaddiet. Barra minhekk, Paul Sheehan hu wkoll mid-distrett elettorali li kien elett minnu Manwel Mallia. Għaldaqstant, dak li Manwel Mallia qal fil-Parlament il-ġimgħa li għaddiet, fis-sens li lil Paul Sheehan ma kienx jafu qabel, mhux minnu għax il-ħbiberija ta’ bejniethom tmur lura diversi snin.
Dan qed juri kif anke hawn, il-Ministru Manwel Mallia nqabad jigdeb, bil-mistoqsija tibqa’ għaliex dan il-gideb.
Aktar dettalji fil-ħarġa ta’ għada tal-ġurnal In-Nazzjon.
//= $special ?>