TARXIEN…………0
GUDJA…………….3
Tarxien: J. Debono, K. Farrugia, M. Caruana, A. Rodrigues Silva, C. Barbosa Viana (S. Caruana 86’), T. Caruana, R. Sammut, C. Hevia Menendez (M. Xerri 86’), A. Cini, M. Tabone (L. Zahra 46’), A. Lopes Pereira
Gudja: M. Xerxen (M. Farrugia 90’), G.Sammut, D. Antonucci, C. Giordimaina, E. Micheletti, M. Brincat, A. Carabott, G. Chircop (C. Grech 79’), M. Groves (P.P. Sammut 50’), U. Nwoko, A. Catania
Skorjaw: A. Carabott 40’, 45’, 62’ (G)
Referee: Marco Borg
Gudja United wettqu sorpriża oħra meta eliminaw tim ieħor tal-Premier b’rebħa ta’ 3-0 fuq Tarxien Rainbows. Minkejja li l-konfront kien bejn tim tal-Premier u tim tal-Ewwel Diviżjoni, ma kien hemm l-ebda differenza fil-partita, b’Gudja jkunu aħjar mill-avversarji.
Tarxien reġgħu ddiżappuntaw b’wirja oħra fqira li ma tawgurax tajjeb għal partiti li ġejjin fil-kampjonat. Minkejja li kellhom mument tajbin fil-partita, dehru neqsin minn preċiżjoni u ideat fl-attakk.
Għal Gudja dan kien riżultat importanti li ser jgħin lit-tim għal moral b’wirja tajba. L-eroj kien Adrian Carabott bi tripletta u kien determinanti biex it-tim ta’ Alan Mifsud u Joe Borg jiskbu rebħa importanti.
Tarxien bdew il-logħba fuq l-attakk u marru viċin fil-minuti inizjali b’żewġ tentattivi ta’ Cleber Barbosa Viana li għaddew ftit barra. Gudja wieġbu fit-12-il minuta b’xutt ta’ Angelo Catania li wkoll għadda ftit barra.
Gudja marru fil-vantaġġ fl-40 minuta meta minn free-kick ta’ Mauro Brincat, id-difiża ta’ Tarxien naqqset li tiklirja u mill-viċin ADRIAN CARABOTT għeleb lil Debono. Sat-tmiem l-ewwel taqsima Tarxien wettqu reazzjoni u żewġ minuti wara xutt ta’ Alexander Cini minn pożizzjoni ideali spara għoli.
Iżda Gudja irduppjaw fil-45 minuta meta minn kontrattakk ADRIAN CARABOTT avvanza bil-ballun u wara li evita d-difensuri Tarxiniżi għamel spaju għalih u b’xutt minn barra l-kaxxa li ġie devjat għeleb lil Jonathan Debono.
Tarxien ħarġu aħjar fit-tieni taqsima b’diversi azzjonijiet u territorjalment aħjar mill-avversarji, iżda kienu Gudja li marru viċin fit-53 minuta b’xutt tal-attakant Adrian Carabott iżda din id-darba Jonathan Debono salva tajjeb. Ħames minuti wara Gudja kienu għal darba oħra perikolużi bi free-kick tajjeb ta’ Mauro Brincat li Debono wieġeb b’save stupend.
Tarxien marru viċin fil-61 minuta b’xutt fil-baxx mill-kaxxa l-kbira ta’ Alexander Cini li Xerxen dawwar f’korner f’siequ. Iżda Gudja skorjaw it-tielet gowl minuta wara meta minn kross mil-lemin ta’ Peter Paul Sammut, ADRIAN CARABOTT minn quddiem il-lasta ma żbaljax.
Tarxien għal ftit ma daħlux fil-partita fid-69 minuta b’xutt ta’ Alvaro Rodrigues Silva li għadda ċentimetri barra. It-Tarxiniżi kienu wkoll sfortunati meta laqtu l-lasta fit-88 minuta b’xutt ta’ Alexander Cini.
//= $special ?>