Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum l-Erbgħa, it-3 ta’ Diċembru.
IN-NAZZJON jirrapporta li l-powerstation il-ġdida mistennija tkun lesta sena u tliet xhur tard. L-istess ġurnal għandu aktar aħbarijiet dwar il-każ Manwel Mallia, fejn naqraw illi fil-konverżazzjonijiet li saru dakinhar tal-isparatura kien hemm “numru ta’ irjus kbar” illi qablu biex jgħidu li x-xufier tal-Ministru spara fl-ajru.
Fil-ġurnal THE MALTA INDEPENDENT naqraw ukoll dwar il-proġett tal-powerstation il-ġdida li waqa lura bi 15-il xahar.
THE TIMES OF MALTA tgħid li l-ftehim tal-Gvern ma’ Shanghai Electric se jkun iffirmat fil-ġimgħat li ġejjin, filwaqt li pajjiżna se jkollu l-enerġija mill-gass f’Ġunju 2016.
Anke l-MALTA TODAY tgħid li l-mira tal-Gvern fuq it-tlestija tal-powerstation tal-gass kompliet taqa’ lura, filwaqt li dwar dan il-proġett il-PN saħaq li l-Gvern inqabad f’gidba oħra. L-istess gazzetta tirrapporta kif l-Ombudsman qed jinsisti illi qed issir kampanja biex tiġi imminata l-fiduċja fih.
L-ORIZZONT jirrapporta b’titli kbar illi l-impjant tal-gass se jibda jopera f’Ġunju 2016.
//= $special ?>