Lokali

Aġġornata: Il-Progett tax-Xatt taż-Żewwieqa – l-Għawdxin li jaħdmu Malta għada bla parkeġġ

Il-proġett tax-Xatt taż-Żewwieqa li kien ippjanat, mibdi u kważi iffinalizzat minn Gvern Nazzjonalista, issa se jkun inawgurat mill-Gvern Laburista wara li kienu finalizzati l-aħħar irtokki.

Dan kien progett f’sensiela ta’ proġetti oħra minn Gvern Nazzjonalista f’Għawdex. Dan il-progett li jiffoka fuq diversi aspetti u karatteristtici Għawdxin.

Il-pjani kienu li dan il-waterfront ġdid jifforma parti integrali mill-prodott turistiku Għawdxi. Ix-xatt taż-Żewwieqa huwa proġett li se jkompli jtejjeb il-prodott ġenerali Għawdxi u fuq kollox itejjeb il-kwalita’ tal-ħajja f’din il-gżira.

Għada l-Għawdxin li jaħdmu Malta se jkunu bla parkeġġ

Ftit tal-ħin ilu dan is-sit ġie infurmat li għada mhux se jkun hemm parkeġġ disponibli għall-Għawdxin li jaħdmu Malta.

Il-lejla meta mijiet ta’ Għawdxin irritornaw lejn Għawdex wara l-ġurnata tax-xogħol f’ Malta, sabu avviz imwahhal mal-vetturi tagħhom (ara r-ritratt t’hawn taħt) li jinfurmahom li għada ma jistgħux jipparkjaw fil-parti tal-Port tal-Imġarr minn ħdejn it-terminal san-naħa ta’ ġewwa taż-Żewwieqa.

Dan wassal għal problema kbira għal dawn il-mijiet ta’ persuni li ta’ kuljum kmieni filgħodu jinżlu fil-port tal-Imġarr fejn iħallu l-karozza tagħhom u jaqsmu lejn Malta għax-xogħol.  Numru ta’ dawn il-persuni ikkuntattjaw lil dan is-sit u urew rabja għall-fatt li biex issir ċeremonja ta’ inawgurazzjoni ta’ proġett ilu lest kważi sentejn qed jitneħħa l-parkegg għal ġurnata sħiħa mhux biss fil-parti fejn ser issir ċ-ċeremonja iżda f’area li fiha tul t’aktar minn nofs kilometru u li fiha jigu ipparkjati ta’ kuljum mijiet ta’ karozzi.
Dan il-proġett tajjeb li nfakru li sar minn Gvern Nazzjonalista b’ fondi Ewropej u issa l-Gvern attwali ddeċieda li jagħmel ċeremonja ta’ inawgurazzjoni.  Informazzjoni li għandu dan is-sit tgħid ukoll illi l-membri parlamentari Għawdxin li tant ħadmu biex sar dan il-proġett lanqas biss ġew mistiedna għal din l-inawgurazzjoni.
10841692_10203089651179082_1989250134_n(1)