Lokali

Ir-regoli tat-toroq ma japplikawx għall-Ministri?

Fl-aħħar sigħat fuq il-midja soċjali bdew iduru numru ta’ ritratti li juru karozzi tal-Ministri pparkjati kif ġie ġie.

Tqum weħidha l-mistoqsija: ir-regoli tat-toroq ma japplikawx għall-Ministri?

 

F’dan l-ewwel ritratt t’hawn taħt, tidher il-karozza GM 23, il-vettura Ministerjali li jdur biha l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis. Ir-ritratt jitkellem waħdu – bil-karozza tidher ipparkjata fuq ‘double yellow line’!

Zammit Lewis

 

 

Ir-ritratt li jmiss ukoll juri l-vettura tal-Ministru Zammit Lewis. Din id-darba, jinsab ipparkjat fi triq relattivament dejqa u b’tabella eżattament fuq il-karozza li tgħid li mhux permess li xi ħadd jipparkja. Naturalment, ix-xufier tal-Ministru sab soluzzjoni faċli… dik li jixgħel il-‘hazards’, li għal ħafna Maltin (u issa anke għall-Ministru) tfisser: “ipparkja fejn trid”.

Zammit Lewis parking hazin

 

 

F’dan l-aħħar ritratt li sibna jdur fuq il-midja soċjali tidher il-karozza GM 23, tas-Segretarju Parlamentari Justyne Caruana. F’dan il-każ, din il-vettura tidher ipparkjata fi spazju speċifikament immarkat “No Parking”… iżda naturalment, jidher li dan ma jgħoddx għall-membri tal-Gvern.

Gm 24

 

 

Taqbel li r-regoli tat-triq ma jkunux japplikaw għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari tal-Gvern? Ikkummenta hawn taħt…