Internazzjonali

IŻRAEL: Elezzjoni bikrija f’Marzu

F’Iżrael se jkun hemm elezzjoni bikrija fis-17 ta’ Marzu wara kriżi fi ħdan il-gvern ta’ koalizzjoni ta’ Benjamin Netanyahu.
L-aħbar tad-data tal-elezzjoni ġiet biss jum wara li l-Prim Ministru Netanyahu keċċa żewġ ministri fil-kabinett mill-gvern diviżorju tiegħu.
Netanyahu ordna t-tkeċċija ta’ Yair Lapid, il-Ministru għall-Finanzi, u ta’ Tzipi Livni, il-Ministru għall-Ġustizzja, nhar it-Tlieta.