L-Iraq qal li l-mara li kienet arrestata fil-Libanu ma kienitx il-mara ta’ Abu Bakr al-Baghdadi, il-kap tal-ISIS.
Il-Ministru tal-Intern tal-Iraq qal li l-mara arrestata kienet oħt Omar Abdul Hamid al-Dulaimi li kien instab ħati ta’ sensiela ta’ attakki terroristiċi fl-Iraq.
L-Iraq qal li al-Bagdadi għandu żewġ nisa u isimhom kien Asmaa Fawzi Mohammed al-Dulaimi u Esraa Rajab Mahel al-Qaisi. Dik arrestata fil-Libanu kienet identifikata bħala Saja Abdul Hamid al-Dulaimi.
It-Tlieta nxterdet l-aħbar li mart al-Bagdadi u bintu kienu arrestati wara li qasmu l-fruntiera bejn is-Sirja u l-Libanu.
Jiċħdu li kienet arrestata l-mara tal-kap tal-ISIS
