L-ispiża dinjija dwar l-obesita’ hi l-istess bħat-tipjip jew konflitt armat, u hi akbar mill-alkoħoliżmu u mill-bidla fil-klima.
L-Istitut Globali McKinsey qal li l-piż żejjed qed jiswa ₤1.3 triljun, jew 2.8 fil-mija tal-attivita’ ekonomika annwali – l-obesita’ qed tiġi tiswa lir-Renju Unit ₤47 biljun.
Madwar 2.1 biljun persuna – kważi 30 fil-mija tal-popolazzjoni dinjija – kellhom piż żejjed jew ħoxnin.
Ir-riċerkaturi żiedu li l-miżuri li qagħdu inqas fuq ir-responsabbilta’ individwali għandha tintuża sabiex il-problema tkun trattata.
Ir-rapport qal li kien hemm “spiża ekonomika kbira”, u l-proporzjon jista’ jogħla sa kważi nofs il-popolazzjoni tad-dinja sal-2030.
L-ispejjeż finanzjarji tal-obesita’ qed jikbru – għall-kura tas-saħħa u b’mod aktar wiesa’, fl-ekonomija. Kawża tal-marda, l-obesita’ qed tirriżulta f’jiem mitlufa ta’ xogħol u jiem mitlufa ta’ produzzjoni.
Ir-riċerkaturi jargumentaw li firxa ta’ policies ambizzjużi teħtieġ li tkun kunsidrata u tweġiba sistematika milli waħda biċċa, biċċa hi essenzjali.
Persuna hi kunsidrata ħoxna jekk ikollha ħafna piż żejjed, b’ħafna xaħam fil-ġisem. L-aktar mod komuni biex wieħed jara jekk persuna hix ħoxna hu billi wieħed jiċċekkja l-body mass index, li jiddividi il-piż f’kilogrammi bit-tul f’metri kwadri.
Jekk il-BMI ikun aktar minn 25 mela wieħed ikun overweight. BMI ta’ bejn 30 u 40 hu kunsidrat bħala ħxuna, filwaqt li BMI ‘il fuq minn 40 hi kunsidrata bħala ħxuna kbira. BMI ta’ inqas minn 18.5 hu kunsidrat bħala underweight.
//= $special ?>