Lokali Saħħa

L-MUMN kontra l-privatizzazzjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa f’Bormla

L-Union tal-Infermiera u l-Qwiebel (MUMN) esprimiet ruħha kontra l-privatizzazjoni taċ-Ċentru tas-Saħħa f’Bormla. Fi stqarrija, l-MUMN qalet li s-sħubija bejn il-Gvern u l-privat twassal biex jiżdiedu l-ispejjeż, tiżdied in-nefqa fis-settur pubbliku u jonqos il-livell ta’ kura għal dawk verament fil-bżonn.

Dan meta ċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Bormla diġà qed joffri servizz eċċellenti lir-residenti kollha tal-Kottonera u l-madwar. L-MUMN staqsiet għaliex il-Gvern se jibqa’ għaddej b’din il-privatizzazjoni meta dawn huma kollha spejjeż fuq it-taxxi tal-poplu.

Sar magħruf wkoll li l-ebda infermiera li hemm f’dan iċ-Ċentru ma trid taħdem mal-privat.