Wara li ċ-Ċentru tal-Iscreening tas-Sider irnexxielu jsalva tant ħajjiet billi jidentifika l-kanċer fil-mument opportun biex jista’ jkun ikkurat, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista qed tipproponi li s-servizzi tal-iscreening ikunu estiżi wkoll għal żewġ problemi oħrajn tas-saħħa … il-mard tal-qalb u d-diabete.
F’konferenza tal-aħbarijiet wara żjara fiċ-Ċentru tal-Iscreening tas-Sider, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa Claudio Grech qal ukoll li l-Oppożizzjoni lesta toffri l-koperazzjoni għal dawn l-inizjattivi li jsalvaw il-ħajjiet tan-nies. Jeħtieġ li dawn is-servizzi jkunu introdotti biex jitnaqqsu l-piżijiet minn fuq l-Isptar Mater Dei.
Il-Kelliem tal-Oppożizzjoni qal li l-Gvern ghandu jwettaq il-Ftehim Kollettiv li diġà hu maqbul bjen il-partijiet kollha għax dan jinkludi numru ta’ soluzzjonijiet fuq perjodu fit-tul.
//= $special ?>