Lokali

Raġel iwaddab qasrija lill-ġara f’argument bejn il-ġirien

habta
Incident

Argument bejn żewġ ġirien f’Ħal Qormi wassal biex raġel waddab qasrija lejn il-ġara tiegħu qabel ma komplew l-argument f’nofs tat-triq. Jirriżulta li l-inċident bejn iż-żewġ ġirien ta’ apprtamenti fuq xulxin fi Triq Mons Gelard Frendo beda għall-ħabta tal-11am. Il-mara involuta fl-argument bdiet tilmenta li lbieraħ filgħaxija ulied il-ġar tagħha kienu qed jagħmlu ħafna storbju.

Dan wassal biex dalgħodu ż-żewġ ġirien bdew jitgħajjru mill-gallariji rispettivi. Kien f’dan il-waqt li r-raġel waddab il-qasrija lill-ġara tiegħu. Kien f’dan il-waqt li ġara oħra fit-triq indunat bl-argument u ċemplet lill-Pulizija biex jintervjenu. Madankollu, u minkejja l-preżenza tal-Pulizija, l-argument bejn it-tnejn kompla f’nofs it-triq qabel ma r-raġel ittieħed l-Għassa minħabba li kien aggressiv.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.