L-attriċi Maryrose Bonello, magħrufa aktar bħala “in-Nanna Katrin” fis-sensiela Simpatiċi, mietet illum fl-età ta’ 80 sena. Matul ħajjitha, Bonello kellha karriera twila fuq il-palk u t-televiżjoni, kif ukoll b’numru ta’ radju-drammi.
Wara li bdiet il-karriera bħala attriċi fil-bidu tas-snin ħamsin, fl-1960 Maryrose Bonello kellha tieqaf mill-impenji tagħha biex tieħu ħsieb il-familja. Wara 15-il sena, hi rritornat fil-produzzjoni teleiżiva ta’ Wenzu u Rożi, li f’nofs is-snin sebgħin kienet popolari ferm mal-Maltin u l-Għawdxin.
Aktar riċenti, fil-parti tan-Nanna Katrin, Maryrose Bonello ħadet sehem għal numru ta’ snin fuq is-sensiela televiżiva li kienet tixxandar ukoll fuq NET Television.
//= $special ?>