Unjoni Ewropea

Casa jlesti r-rapport dwar il-Bank Ċentrali Ewropew

Il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew approva rapport tal-MEP Malti David Casa li jiffoka fuq il-ħidma tal-Bank Ċentrali Ewropew fl-2013.

Ir-rapport jgħid li l-ħolqien tax-xogħol għandu jkun il-prijorita’ li jigwida l-istituzzjonijiet f’kull deċiżjoni. “L-indikaturi huma pożittivi, imma fadal ħafna xogħol xi jsir”, sostna l-Kap tad-Delegazzjoni Maltija fi ħdan il-PPE.

Ir-rapport tal-BĊE juri biċ-ċar li l-pajjiżi membri jridu jdaħħlu riformi b’saħħithom biex jinċentivaw ix-xogħol, il-flessibilta’ u n-negozju.

Dan ir-rapport ta’ David Casa issa jiġi diskuss fil-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew, qabel jittieħed vot mill-MEPS kollha fil-Plenarja, fil-ġimgħat li ġejjin.