Lokali

Filmat: Ilhom gradwati 6 xhur u għadhom bla impjieg

Il-Kunsill Studenti Universitarji – il-KSU u l-Malta Health Students’ Assosication – l-MHSA jinsabu frustrati għall-fatt li studenti li sitt xhur ilu gradwaw mill-Fakulta’ tas-Saħħa għadhom ma ingħatawx opportunita’ ta’ impjieg mal-Gvern, minkejja stqarrijiet repetuti mill-Gvern li se jingħataw impjieg f’dan il-qasam.

Rapprezentanti miż-żewġ entitajiet tal-istudenti Nicola Camilleri (MHSA) u Ryan Falzon (KSU) jinsabu urtati għall-fatt li l-Ministeru tal-Saħħa għadu ma tax indikazzjoni jekk dawn l-istudenti hux se jingħataw xogħol fil-qasam tas-Saħħa.

Fid-diskors tal-baġit, il-Gvern qal li dawn id-90 gradwat se jingħataw xogħol fil-qasam tas-saħħa. Imma s’issa l-istudenti għadhom fid-dlam dwar meta se jiġri dan.