Tiftakruha l-kanzunetta Gangnam Style? Fuq Youtube, il-video mużikali tagħha rawh iktar minn żewġ biljuni u 155 elf persuna f’temp ta’ sentejn.
Dan l-influss qawwi u kostanti ta’ nies isegwu dan il-video wassal biex Youtube kellu jaġġorna s-sistema ta’ kodiċi tiegħu użata biex jikkalkula kemm ikunu daħlu nies jaraw video partikolari.
Dan għaliex it-32 bit-code ta’ Youtube għandu limitu ta’ 2,147,483,647 view. Kien għalhekk li Youtube kellhom jaġġornaw il-kodiċi tal-views tagħhom għal wieħed 64-bit meta dan l-ammont intlaħad.
Fl-ewwel ta’ Diċembru, Youtube tella’ messaġġ li kien jgħid li qatt ħadd ma stenna li Youtube kien se jkollu din il-problema, u li video jista’ jiġi segwit minn numru ta’ persuni ekwivalenti għal terz tal-popolazzjoni tad-dinja.
Tlett ijiem wara dan l-episodju, il-video mużikali ta’ Gangnam Style rreġistra kważi għoxrin miljun view oħra.
//= $special ?>