Lokali

GĦADA F’IN-NAZZJON: L-aħħar żviluppi fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-isparatura mix-xufier ta’ Manwel Mallia

Il-ħarġa ta’ għada tal-ġurnal In-Nazzjon mistennija tippubblika rapport investigattiv dettaljat dwar l-aħħar żviluppi fl-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-isparatura tad-19 ta’ Novembru li għadda mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia Paul Sheehan.

Fis-sigħat li għaddew, In-Nazzjon kiseb numru ta’ fatti ġodda, li se jkunu ppubblikati għada bl-aktar mod esklussiv u li jitfgħu dawl fuq kif qed titmexxa l-investigazzjoni tal-Pulizija f’dan l-attentat ta’ cover-up minn irjus kbar fil-Gvern preżenti biex il-fatti veri b’rabta mal-isparatura mix-xufier tal-Ministru Manwel Mallia jibqgħu mistura.