Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Ħarsa lejn il-gazzetti li ħarġu llum il-Ħamis, l-4 ta’ Diċembru.

IN-NAZZJON b’rapport fil-faċċata li jgħid illi l-Ministru Manwel Mallia u l-kuntistabbli Paul Sheehan kienu ilhom snin jafu lil xulxin. Sheehan kien kanvasser tal-Ministru fl-aħħar elezzjoni ġenerali.

L-ORIZZONT bi storja mill-Qorti fejn żagħżugħ ta’ 29 sena kien kundannat 40 sena ħabs talli qatel lill-eks kunjata tiegħu f’Bormla, f’Lulju tal-2009.

THE TIMES OF MALTA tgħid li l-Parlament jista’ jkun lest ix-xahar id-dieħel biex jilqa’ fih is-seduti. F’rapport ieħor, jintqal li s-suċċessur ta’ Mons. Pawl Cremona mhux se jkun magħruf qabel tmiem is-sena għaliex il-proċess jista’ jieħu sa 5 xhur.

THE MALTA INDEPENDENT tkompli ssegwi l-każ tal-Leisure Clothing li feġġ wara investigazzjoni minn Media Link Communications – ħaddiema Vjetnamita tgħid fil-Qorti li hi kienet titħallas €150 kull xahrejn, għal shift ta’ 14-il siegħa kuljum.