It-tieni edizzjoni tal-ġrajja tan-Natività ‘In-Praesepio’ ta’ din is-sena ser tkun qed tittella’ bejn l-20 ta’ Diċembru 2014 u l-4 ta’ Jannar 2015 fi Triq it-Tiġrija fin-Nadur Għawdex. Ambjentat f’dar tipika Għawdxija li tmur lura għal aktar minn tliet mitt sena u mdawwra b’bosta ġonna li l-kampanja Għawdxija taf tofri, dan il-presepju ħaj ser iwassal b’mod viżiv il-ġrajja ta’ Ġesu’ Bambin. Dan permezz ta’ madwar mitt attur u voluntiera oħra li matul l-aħħar ġimgħat trasformaw din id-dar antika u l-madwar tagħha fi presepju tipiku Malti. ‘In Praesepio’ jew aħjar fil-maxtura ser ikun annimat fid-dati u l-ħinijiet kif jidher hawn taħt u d-dħul ser ikun wieħed wieħed bla ħlas.
Dati u Ħin tal-Ftuħ:
Diċembru 2014
Is-Sibt 20 – 5.00pm – 9.00pm.
Il-Ħadd 21 – 3.30pm – 9.00pm.
Il-Ħamis 25 – 3.00pm – 6.30pm.
Il-Ġimgħa 26 – 5.00pm – 9.00pm.
Is-Sibt 27 – 5.00pm – 9.00pm.
Il-Ħadd 28 – 3.30pm – 9.00pm.
Jannar 2015
Is-Sibt 3 – 5.00pm – 9.00pm.
Il-Ħadd 4 -3.30pm – 9.00pm.