Internazzjonali

Ippruvat tiekol lil binha li kien għadu kif twieled

Omm, li x’aktarx issofri minn problemi ta’ saħħa mentali, ppruvat tiekol lil binha li kien għadu kif twieled tlett’ijiem biss qabel.

Kien l-intervent f’waqtu tal-infermiera fi sptar f’Shenzhen, fin-naħa t’isfel tal-Provinċja ta’ Guangdong, fiċ-Ċina, li salvaw ħajjet it-tifel, li kien diġa’ sofra ġrieħi serji f’idu.

Li Zhenghua, tfajla ta’ 24 sena, instabet bi snienha jniffdu idejn binha. L-infermieri ppruvaw jeħilsu lit-tifel minn din il-morsa, madankollu kellha tkun injezzjoni ta’ sedattiv biex il-mara setgħet tiġi kkontrollata.

Sar magħruf ukoll li l-mara kienet ittieħdet l-isptar wara li nstabet fi triq, lesta biex twelled. Hi kienet tkeċċiet barra mid-dar minn ommha, minkejja li kienet fi stat avvanzat ta’ tqala, minħabba li bdiet taġixxi b’mod stramb.