Pazjent li jsofri minn problemi relatati mal-pressjoni sofra kumplikazzjonijiet f’saħħtu għaliex l-istruzzjonijiet tal-mediċina li ngħata kienu miktuba biss bil-Ġermaniż u allura ma setax jiċċekkja jekk xi ħaġa ma taqbilx miegħu. Hu xtara din il-mediċina, Valsartan, mis-sistema’ tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek.
Lanqas mal-kaxxa ta’ barra ta’ din il-mediċina, m’hemm l-ebda kelma bl-Ingliż; kollox bil-Ġermaniż.
Filfatt meta dan il-pazjent mar għand l-ispeċjalist tiegħu, hu mill-ewwel induna li s-sintomi huma side-effects ta’ din il-mediċina u ordnalu jbiddel il-pilloli.
F’pajjiżna hu llegali li prodotti mpurtati ma jkunux jinkludu struzzjonijiet bl-ingliż.
//= $special ?>