Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

L-2014 mistennija tkun l-aktar sena sħuna

Stimi bikrija jgħidu li din is-sena, li waslet biex tintemm, mistennija tkun imfissra bħala l-aktar waħda sħuna globalment, partikularment għar-Renju Unit.

Fl-ewwel għaxar xhur ta’ din is-sena, it-temperatura medja dinjija tal-arja kienet madwar 0.57 Celcius ‘il fuq mill-medja fi żmien fit-tul.

U l-ewwel 11-il xahar fir-Renju Unit ipproduċew temperatura medja ta’ 1.6 gradi Celcius ‘il fuq miż-żmien fit-tul.

Studju separat mill-Uffiċċju Meterjoloġiku tar-Renju Unit jgħid li t-temperaturi osservati mhux se jkunu mingħajr l-influwenza tal-bidla fil-klima kawżata mill-bniedem.

Iċ-ċifri globali rriżultaw f’estimi mill-Organizzazzjoni Meterjoloġika Dinjija tan-Nazzjonijiet Uniti (WMO).

Jekk ix-xejra dinjija preżenti ta’ din is-sena tissokta fix-xahrejn li ġejjin, is-snin rekord, jiġifieri, l-1998, l-2005 u l-2010 se jkunu mgħoddija b’marġini dejjaq.

Michel Jarraud, is-Segretarju Ġenerali tal-WMO, qal li informazzjoni preliminarja għall-2014 kienet “konsistenti b’dak li qed nistennew minn klima li qed tinbidel.”

L-informazzjoni proviżorja għall-2014 tfisser li erbatax mill-ħmistax-il sena l-aktar sħan kollha seħħew fis-seklu 21.”

Jarraud spjega li sħana ta’ livelli rekord, flimkien ma’ xita qalila u għargħar, qerdu l-għajxien ta’ ħafna nies u ħasdu l-ħajjiet. Dak li hu partikularment mhux tas-soltu u allarmanti din is-sena huma t-temperaturi għoljin f’ħafna zoni tal-ibħra, fosthom, fit-Tramuntana tal-emisfera.

Michel Jarraud saħaq li ċ-ċifri l-ġodda kkonfermaw ix-xejra prinċipali fil-bidla tal-klima: “M’hemm ebda waqfien fil-bidla tal-klima.”

Sena ta’ estremi:- Ir-rapport tal-WMO tenfasizza numru ta’ avvenimenti fejn spikkaw temperaturi rekord fit-temp madwar id-dinja:

l-aħħar xitwa fir-Renju Unit, fejn 12-il maltempata fl-Atlantiku ħakmu l-pajjiż, kważi rduppjaw ix-xita li tinżel issoltu;

F’Settembru, partijiet mill-Balkani rċivew aktar mid-doppju tax-xita kull xahar, u partijiet mit-Turkija ntlaqtu b’erba’ darbiet aktar mill-medja;

Il-belt ta’ Guelmin fil-Marokk kienet mifnija b’aktar mit-total ta’ xita li tinżel f’erbat ijiem biss;

Il-Punent tal-Ġappun ra l-aktar xita qawwija f’Awwissu;

Partijiet mill-Punent tal-Istati Uniti esperjenzaw nixfa persistenti;

Maltempati tropikali, min-naħa l-oħra, ammontaw għal 72 li huma inqas mill-medja ta’ 89 li ġew reġistrati bejn l-1981 u l-2010. It-Tramuntana tal-Atlantiku, il-Punent tal-Paċifiku tat-Tramuntana u t-Tramuntana tal-Baħar Indjan kienu fost ir-reġjuni li raw xi attivita’ ta’ ċiklun ‘il isfel mill-medja;

Ir-rekord proviżorju għall-2014 u biss xi ftit ogħla milli s-sena rekord preċedenti li kienet l-2010.

Madankollu, xjenzati dwar il-klima rrimarkaw li kollha ħlief waħda mill-15-il sena l-aktar sħan seħħew matul dan is-seklu.