Internazzjonali Mużika

L-aqwa kanzunetta għall-Milied

Il-kanzunetta ‘Fairytale of New York’ ta’ The Pogues and Kirsty MacColl hi kkonfermata mill-ġdid bħala l-aktar diska tal-Milied li indaqqet fuq ir-radju u waqt l-avvenimenti għall-pubbliku fir-Renju Unit.

Din il-kanzunetta, fl-2013, kienet it-tieni l-aktar popolari mal-Britanniċi u meta bħal dan iż-żmien sena ilu, il-‘hit’ tal-Milied fl-ewwel post taċ-chart speċifiku kien ‘The Power of Love’ ta’ Gabrielle Aplin.

Intant, id-data ġdida mill-entita PPL tibbaża, fost oħrajn, fuq l-istatistika tal-kanzunetti li nstemgħu fuq ir-radju waqt l-istaġun tal-festi tal-2013.

Fit-tieni post tal-lista ġdida, wara ‘Fairytale of New York’, hemm ‘Somewhere Only We Know’ ta’ Lily Allen, waqt li l-kanzunetta ta’ Mariah Carey, ‘All I Want For Christmas Is You’ tinsab it-tielet fil-klassifika.

Mike Dalby, analista mal-PPL – l-entita inkarigata mil-liċenzji biex il-mużika rekordjata tindaqq legalment fil-pubbliku – qal li l-kanzunetti tal-Milied huma essenzjali għal dawn iż-żmenijiet ‘daqs it-tiżjin, ir-rigali u l-mince-pies’.

Sadanittant, kanzunetti bħal ta’ Lily Allen u Leona Lewis jindikaw li l-istil tal-mużika għall-Milied qed jinbidel minn sena għall-oħra, anki jekk il-kanzunetti klassiċi jibqgħu magħna għal dejjem. Hu minnu wkoll li, fl-2013, l-Aqwa Għaxar ‘Christmas Hits’, ilkoll flimkien, kellhom aktar minn sena ta”airplay’ fir-Renju Unit.

Il-lista ġdida tal-kanzunetti taqra hekk:

1. Fairytale of New York – The Pogues/Kirsty MacColl
2. Somewhere Only We Know – Lily Allen
3. All I Want For Christmas Is You – Mariah Carey
4. Last Christmas – Wham
5. Merry Xmas Everybody – Slade
6. I Wish It Could Be Christmas Everyday – Wizzard
7. Do They Know It’s Christmas? – Band Aid
8. Driving Home For Christmas – Chris Rea
9. One More Sleep – Leona Lewis
10.Merry Christmas Everyone – Shakin’ Stevens