Lady Gaga żvelat li hi kienet stuprata meta kienet adoloxxenti.
Il-kantanta ta’ 28 sena ammettiet li hi “għaddiet minn xi affarijiet orribbli”, meta hi kellha 19-il sena u ddependiet “minn ħafna terapija mentali u fiżika” sabiex għenuha tfieq.
Hi u titkellem fuq The Howard Stern Show, Gaga ikkonfermat li hi kienet stuprata minn producer tal-mużika, xi 20 sena ikbar minnha.
Meta hi ġiet mistoqsija dwar l-istupru, hi għall-ewwel qalet: “Ma rridx…ma rridx…Żminijiet sbieħ! Ejjew nitkellmu dwar affarijiet sbieħ!”
Iżda meta l-preżentatur ippressaha dwar il-każ, hi qalet: “Għaddejt minn xi affarijiet orribbli li issa nista’ niċċajta dwarhom, għax kelli ngħaddi minn ħafna terapija mentali u fiżika kif ukoll terapija emozzjonali, sabiex infiq matul is-snin.
Mistoqsija jekk hi qattx ikkonfrontat lil min stupraha, hi qalet: “Kieku kont nibża’ ħafna…kien ‘jipparalizzani’…darba rajtu f’ħanut u ksaħt bil-biża’!”
Għalkemm Gaga, li isimha proprju hu Stefani Germanotta, ma semmietx min attakkaha, rappreżentanti tal-kantanta, aktar tard, kienu ġew sforzati biex jiċħdu stqarrijiet mill-avukat tal-kantanta Kesha li kien Dr Luke, il-producer tal-mużika ta’ 41 sena, li kien responsabbli.
Dr Luke innifsu qal li l-akkużi huma kompletament foloz u malafamanti. Luke iltaqa’ darbtejn ma’ Lady Gaga u dam inqas minn nofs siegħa magħha fiż-żewġ okkażjonijiet flimkien. Hu qatt ma kien waħdu magħha u qatt ma messha.
//= $special ?>