Kurżitajiet Saħħa

Mod ‘xokkanti’ biex ma tikolx iżżejjed

Kumpanija Amerikana ħolqot brazzuletta li tuża forma ta’ terapija bix-xokkijiet sabiex tinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ għażliet tajbin. Din il-brazzuletta jisimha Pavlok.

Il-prodott hu mfisser bħala “kowċ personali mal-polz” u jista’ jintuża sabiex jgħin lil dak li jkun milli jiekol iżżejjed.

Skont il-ġurnal The Telegraph, il-Pavlok tiġi attivata manwalment jew b’mod awtomatiku. L-idea wara din il-invenzjoni ‘xokkanti’ hi li xokk ta’ żewġ milliampere jikkundizzjona lil min jilbes il-brazzuletta biex jiżviluppa u joqgħod għal għażliet tajbin fl-ikel, u billi jassoċja l-għażliet ħżiena b’xokk skomdu iżda effettiv.