“Bħala membri tal-UE irridu naħdmu biex niġġieldu l-kriminalita’ organizzata li qed tkun l-id moħbija wara t-traffikar ta’ immigranti lejn l-Ewropa”. Dan sostnietu l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola waqt mistoqsija li hi għamlet fil-Parlament Ewropew lill-Kummissarju Avramopoulos.
Metsola tenniet li l-immigrazzjoni mhix kwistjoni li wieħed iħares lejha f’iżolament. Għalhekk hemm bżonn li nibqgħu ninsistu fuq strateġija ħolistika.
Roberta Metsola qalet li sfortunatament l-immigranti jispiċċaw vulnerabbli, qishom priża għall-kriminali li jieklulhom flushom kollha.
Metsola kienet qed titkellem fil-Kumitat tal-Libertajiet Ċivili fejn preżenti kien hemm il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Migrazzjoni, l-Affarijiet Interni u Ċittadinanzi.
//= $special ?>