Mara fl-Istati Uniti qed isostni li kienet impjegata man-NASA qed tgħid li fl-1979, meta kienet taħdem man-NASA rat żewġ figuri umani b’ilbies tal-ispazju jimxu bil-kalma kollha lejn il-Viking Lander fuq wiċċ il-pjaneta Mars.
Qed tgħid li kienet taħdem għan-NASA
Il-mara, li ngħatat l-isem ta’ ‘Jackie’ ċemplet fuq l-istazzjon tar-radju Coast to Coast AM in America u talbet lill-preżentatur biex ‘isolvi misteru ta’ 27 sena’.
Hi qalet li kienet taħdem man-NASA b’rabta mal-missjoni tal-Viking Lander – li niżlet fuq Mars u kienet l-ewwel vettura li ġiet użata biex jintbagħtu ritratti tal-pjaneta meta rat żewġ persuni jimxu fuq wiċċ il-pjaneta.
Il-mara qalet li hi u sitt kollegi oħra kienu qed isegwu il-missjoni fuq diversi screens. “Imbagħad rajt żewġ persuni lebsin ilbies tal-ispazju – mhux l-ilbies kbir li ssoltu naraw, iżda dehru protettivi. Huma ġew minn fuq ix-xefaq mexjin lejn il-Viking Explorer.
‘Jackie’ qalet li fil-kamra fejn kienu qed jaraw il-filmati, kien hemm xi sitt persuni. “Konna biss qed nieħdu ħsieb l-apparat meta f’daqqa waħda qatgħulna l-filmati”. “Grejna ‘l fuq – iżda nbagħad sakkru l-bieb, u ssiġillaw il-bieb bit-tape sabiex ma nkunux nistgħu naraw. Il-mistoqsija tiegħi – dawn kienu n-nies tagħna?”
Il-pjaneta MArs dejjem attirat l-immaginazzjoni tal-bniedem u minn dejjem kien hemm spekulazzjoni imma l-missjonijiet kollha li saru s’issa ma taw ebda ħjiel li hemm qatt kien hemm ħajja fuq il-pjaneta. Dawk li jispeċjalizzaw f’teoriji ta’ konspirazzjoni jgħidu li kien hemm inżul “sigriet” fuq Mars fis-snin Sittin – u l-inżul ta’ missjonijiet Apollo kienu seħħew biss biex jgħattu għal esplorazzjoni aktar wiesgħa tas-sistema solari.