Il-captain ta’ Manchester United Wayne Rooney jinsab f’siktu biex jilgħab fil-partita li jmiss tal-Premiership kontra Southampton. Eżami tal-irkoppa li sar ilbieraħ filgħaxija juri ċar li Rooney m’għandu xejn gravi u l-injury li kellu għaddietlu.
Wayne Rooney tilef il-partita kontra Stoke City, u jirritorna nhar it-Tnejn fil-partita għand Southampton li bħalissa jinsabu punt biss fuq ir-Red Devils.
Ir-ritorn ta’ Rooney ifisser ukoll ġlieda għall-postijiet fl-attakk. Dan hekk kif fl-aħħar logħba beda Wilson mill-bidu, filwaqt li Falcao qed jingħata aktar ċans minn Van Gaal biex jikkonferma s-saħħa tiegħu.
//= $special ?>