Internazzjonali Kurżitajiet

Se jkunu rkantati l-oġġetti ta’ pulizija li sab ir-raba’ vittma ta’ Jack the Ripper

Manetti estremament rari, lembuba u suffara li nġarru mill-pulizija li sab ir-raba’ vittma ta’ Jack the Ripper, se jkunu rkantati.

Dawn l-oġġetti mhux tas-soltu, flimkien ma’ ktieb tan-notamenti, kienu tal-Kuntistabbli Edward Watkins meta sab il-ġisem imtertaq ta’ Catherine Eddowes.

Jack the Ripper kien ingħata l-ħtija dwar sensiela ta’ omiċidji matul perijodu ta’ tliet xhur fl-1888, meta ħames nisa nqatlu fit-toroq ta’ Whitechapel f’Londra.

L-għenuq tagħhom kienu mħanxra u l-iġsma spiċċaw imtertqin, iżda ħadd ma nqabad u l-identita’ tar-Ripper tibqa’ wieħed mill-aktar misteri kbar tal-kriminalita’ fid-dinja.

Il-Kuntistabbli Edward Watkins, li beda r-rondi tiegħu f’Mitre Street f’Londra, nhar is-Sibt tad-29 ta’ Settembru 1888 għall-ħabta tal-10 p.m., skopra l-katavru ta’ Eddowes fis-1.45 a.m.

Catherine, li nstabet f’Mitre Street, kienet ir-raba’ qtil orribbli ta’ Jack the Ripper.

Il-qattiel famuż ukoll qatel lil Mary Ann Nichols, Annie Chapman, Elizabeth Stride u Mary Jane Kelly f’East End ta’ Londra.

Kmieni dan ix-xahar,il-kriminologu Gareth Norris mill-Universita’ ta’ Aberystwyth stqarr li Jack the Ripper mhu ħadd ħlief Charles Allen Lechmere, li kien biċċier.