Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Tħassib dwar l-asterojde

L-esperti ewlenin fl-astrofiżika qed iħeġġu biex in-nies ma jkomplux jinkwetaw dwar dak li qed iseħħ fuq l-art fid-dinja u, minflok, jippjanaw għall-konsegwenzi potenzjali f’sitwazzjoni fejn asterojde kellu jaħbat mad-dinja.
Grupp internazzjonali ta’ astronawti u xjenzjati, immexxija mill-astronomu Britanniku, Lord Rees, qed ifittxu l-oġġetti perikolużi tal-ispazju minbarra li jwissu lill-pubbliku li l-possibbiltà li wieħed minn dawn l-oġġetti jaħbat mad-dinja, fil-fatt, hi realtà xokkanti.
Ed Lu, astronawta li vvjaġġa tliet darbiet lejn l-Istazzjon tal-Ispazju Internazzjonali, qal li n-NASA rnexxielha ssib l-akbar oġġetti spazjali li kapaċi jeqirdu n-nies tad-dinja f’każ ta’ kolliżjoni. Madankollu, Lu rrefera wkoll għall-problema tal-asterojdijiet jew meteoriti li jistgħu jeqirdu belt sħiħa jew jikkaġunaw intoppi terribbli għall-ekonomija li jibqgħu jidwu mijiet ta’ snin.
Għal dawn l-aħħar 50 sena twaqqfu l-proġetti akkademiċi biex jindikaw il-meteoriti u l-hekk imsejħa ‘killer asteroids’ madwar is-sistema solari. L-isforzi żdiedu, fl-1998, meta n-NASA ngħatat għaxar snin biex tidentifika l-oġġetti spazjali qrib id-dinja tagħna li huma kbar biżżejjed biex jeqirdu l-umanità li kieku jaħbtu direttament mad-dinja tagħna.