Ewropa Internazzjonali

Turist f’Ruma jmut minħabba ‘boiler difettuż’

Investigaturi f’Ruma qed jaħsbu li boiler difettuż ġo kumpless tal-‘bed and breakfast’ ikkaġuna l-mewt ta’ turist Amerikan li spiċċa vvelenat bil-carbon monoxide. Intant, il-mara tal-Amerikan, ta’ nisel Kanadiż u li kienet ma’ żewġha fil-kamra tal-kumpless, qed jinżammul-isptar għall-kura.

Ir-rapporti qalu li l-Amerikan ta’ 76 sena u martu, ta’ 70 sena, ittieħdu l-isptar b’urġenza wara li ħarġuhom mill-kumpless inkwistjoni li jinsab fl-inħawi tal-Passeggiata Ripetta, qrib il-Piazza del Popolo, fiċ-ċentru ta’ Ruma.