Il-grupp popolari Coldplay qegħdin jaħdmu fuq is-seba’ studio album li, fi kliem il-kantant, Chris Martin, x’aktarx se jkun anki ‘l-aħħar wieħed tagħhom’.
L-album jismu A Head Full of Dreams, b’Martin itenni li l-proġett hu diġa nofsu-konkluż ‘anki jekk hu u sħabu ma kienu qalu lil ħadd qabel’.
L-element tas-sorpriża, intant, ikompli jikber, b’Martin isostni li hu u sħabu ta’ Coldplay qed iħarsu lejn dan is-seba’ album ‘daqslikieku l-aħħar ktieb fis-sensiela ta’ Harry Potter’.
Iżda waqt li jista’ jkun immimenti l-għeluq ta’ kapitlu mużikali, Martin lanqas ma eskluda l-possibbilta ta’ ‘proġett ieħor’ fil-futur. Madankollu, hu qal li, issa, jrid jikkonċentra fuq ‘A Head Full Of Dreams’ daqslikieku l-aħħar album tal-grupp. Dan għaliex inkella ‘jonqos is-sens tal-impenn tiegħu u ta’ sħabu, li jmur ‘il hinn mis-sempliċi kunċett ta’ 100-fil-mija’.
Chris Martin u sħabu tal-Coldplay iddebuttaw fix-xena fl-2000 bl-album ‘Parachutes. Is-sitt album tagħhom, ‘Ghost Stories’ ilu minn Mejju jikseb is-suċċessi kbar fir-Renju Unit u fl-Ewropa.
//= $special ?>