Aktar persuni jikkonfermaw li Paul Sheehan kien tassew kanvasser ta’ Manwel Mallia fil-kampanja elettorali tal-2013. U dan minkejja li l-Ministru qed jiċħad.
Persuni li tkellmu illum ma’ THE TIMES OF MALTA ikkonfermaw li Sheehan kien parti mit-tim ta’ Mallia, u kien hemm min rah aktar minn darba fl-avvenimenti li organizza qabel l-elezzjoni. Sors ieħor kwotat mill-istess gazzetta qal illi Sheehan kien jakkumpanja lil Manwel Mallia għall-house visits.
L-istess ġurnal jgħid li x-xufiera tal-Ministri – kif kien il-kuntistabbli Paul Sheehan – ġeneralment ikunu fost l-aktar nies fdati tal-Ministru.
//= $special ?>