Soumia Mansouri, li hija ta’ nazzjonalita’ Marokkina, u li fl-24 ta’ Novembru li għadda kienet ammettiet li tagħat il-mediċina lil ċerta Raya Stellini Zammit, ta’ nazzjonalita’ Tuneżina, u li għalhekk għenitha biex tikkommetti abbort, appellat mill-każ minħabba li skont hi ġiet żgwidata fuq il-fatti tal-każ.
Mansouri, li kienet ikkundannata 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin qalet li l-Prosekuzzjoni żgwidataha fuq il-fatti u dan għaliex kollox jindika li l-fetu ma kienx ifforma u li l-istess tqala ma kienitx ikkonfermata.
L-Avukat Roberto Montalto, li deher għalija qal li l-ammissjoni saret minħabba ċertu garanziji li saru mill-Prosekuzzjoni, u li iżda l-informazzjoni mogħtija kienet skoretta. Ingħad li l-Qorti għandha tiskarta l-ammissjonbi reġistrata fil-Qorti tal-Maġistrati u tordna li l-każ ikompli.
It-Tuneżina ta’ 30 sena, miżżewwġa Malti minn naħa tagħha ġiet kundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li ammettiet li fl-10 ta’ Novembru li għadda u fil-jiem ta’ qabel ikkommettiet abbort meta kellha bejn sitta u seba’ ġimgħat tqala.
Il-ħabiba tagħha li hija Marokkina ammettiet li hija għenet lil Raya Sellami Zammit biex tikkommetti dan l-abbort billi tagħata mediċina li wasslet għal mewt tat-tarbija fil-ġuf u ġiet ikkundannata 18-il xahar ħabs sospiżi għal tliet snin.
Mill-provi rriżulta li l-abbort sar fil-Fgura meta Zammit belgħet numru ta’ pilloli u li poġġiet ukoll pilloli fil-parti intima tagħha. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Isptetturi Joseph Busuttil u Spiridione Zammit.
//= $special ?>